White Paper dwar id-donazzjoni tal-organi fix-xhur li ġejjin

Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li bħalissa l-Gvern qed jaħdem biex jippubblika white paper dwar id-donazzjoni tal-organi. 
Chris Fearne qal li “din il-white paper se twassal għall-ewwel liġi f’Malta dwar l-organi u mistennija tkun ippubblikata fix-xhur li ġejjin". 
Matul din is-sena saru 18-il trapjant tal-kliewi, 15 minnhom id-donaturi kienu mejta waqt li t-tlieta l-oħra tawha f’ħajjithom. 
Il-ħaddiema fir-Renal Unit jieħdu ħsieb 250 pazjent, li 165 minnhom qiegħdin fuq haemodialysis.
Fil-preżent hemm madwar 85 pazjent jistennew kilwa.  Biex tkun tista’ tkompli tagħti l-għajnuna meħtieġa lill-pazjenti morda bil-kliewi, ir-Renal Unit għandha bżonn mat-tliet boroż ta’ demm kuljum. 
Ilbieraħ ġew ippreżentati d-donazzjonijiet miġbura b’risq ir-Renal Unit mill-għaqdiet mhux governattivi Lupus Support Group u LifeCycle.