WhatsApp se jieqaf jaħdem għal eluf ta’ persuni mill-1 ta’ Jannar

Whatsapp se jieqaf jaħdem fuq ċertu mowbajls mill-ewwel tas-sena l-ġdida. Dan tħabbar mill-kumpanija stess fi stqarrija fejn qalet li hekk kif l-app se tgħalaq disa' snin se jsiru aġġornamenti għas-sistema u li minħabba dawn l-app mhix se tibqa' tiffunzjona fuq ċertu mowbajls. Mill-1 ta' Jannar 2018 Whatsapp mhux se tibqa' taħdem fuq mowbajls li jaħdmu b'sistemi ta' Windows 8.0 jew eqdem, BlackBerry OS jew BlackBerry 10. Skont il-kumpanija dan qed isir biex ikomplu jespandu l-kapaċitajiet tal-app li aktar ma jmur trid taddatta ma' mowbajls aktar moderni. Dan it-tibdil mistenni jaffetwa eluf ta' persuni.