WhatsApp mhux fuq il-mowbajl biss…

Rapporti qed juru li l-app popolari WhatsApp se tibda tkun aċċessata wkoll mill-kompjuter minflok limitata biss għall-mowbajls.
Wara xhur ta’ stennija, jidher li illum ħarġet l-ewwel verżjoni tal-websajt li tista’ tiġi aċċessata anke mill-kompjuter. Web.whatsapp.com qed turi QR code biex wieħed ikun jista’ jiskenjah bil-mowbajl u b’dan il-mod ikun qiegħed jillinkja l-mowbajl mal-websajt.
Fi stqarrija, l-kumpanija qalet li qed testendi s-servizzi tagħha għad-desktop minħabba li diversi persuni jqattgħu numru ta' sigħat jużaw il-kompjuter. B'dan il-mod issa se jkunu jistgħu jikkomunikaw b'din l-app anke fuq il-kompjuter.
B'700 miljun persuna jużaw WhatsApp din hija l-iktar applikazzjoni użata għall-messaġġi.