Whatsapp bil-ħsara fl-aħħar tas-sena; eluf affetwati

Whatsapp waqaf jaħdem fl-aħħar ftit siegħat tas-sena.
Diversi rapporti internazzjonali kkonfermaw li s-servizz tal-messaġġi onlajn waqaf jaħdem l-ewwel fl-Ingilterra ftit wara s-6pm
Sat-8pm Malta kienet qed tiġi affetwata wkoll.
Is-sit Down Detector ikkonferma wkoll li Whatsapp waqaf jaħdem għal eluf ta’ persuni hekk kif is-servers tas-servizz ma setgħux ilaħqu mad-domanda tal-użu li fl-aħħar jum tas-sena dejjem tiżdied.