“Wettaqna xi ħaġa inkredibbli f’dawn l-aħħar tliet snin” – Lucarelli

Fl-2015 Parma Calcio kien iddikjarat fallut u kellu jerġa’ jibda jikkompeti mis-Serie D.
Bosta plejers għażlu li jitilqu lill-klabb wara l-falliment finanzjarju iżda Alessandro Lucarelli baqa’ leali lejn Parma u għażel li jgħin fil-bini ta’ era ġdida.
Parma ġew promossi għat-tielet darba konsekuttiva u r-rebħa kontra Spezia bl-iskor ta’ 2-0 tathom iċ-ċertezza mixtieqa li fl-istaġun li jmiss ħa jkunu qed jerġaw jikkompetu fl-għola diviżjoni.
Matul is-snin disgħin Parma kienu wieħed mill-akbar timijiet fl-Italja u rnexxilhom jirbħu l-UEFA Cup f’żewġ okkażjonijiet; fl-1995 fejn fit-tim kienu jispikkaw Gianfranco Zola u Faustino Asprilla u fl-1999 fejn fost l-istillel ta’ dik is-sena kien hemm Gianluigi Buffon, Fabio Cannavaro u Lilian Thuram.