West Ham viċin Johnstone tal-Utd

It-tim li jinsab fl-14-il post tal-Premier League Ingliż West Ham United qed jipprepara offerta ta’ €5 miljun sabiex jixtru lill-gowlkiper ta’ Manchester United Sam Johnstone.
Dan tal-aħħar huwa kandidat li jieħu post il-gowkiper attwali Joe Hart illi ser iħalli lill-klabb fl-aħħar tal-istaġun.
Dan il-gowlkiper għandu 25 sena u ilu mar-Red Devils sa mis-sena 2011 iżda qatt ma rnexxielu jilgħab mal-ewwel tim.
Hu kien misluf ma’ diversi timijiet matul is-snin fosthom Oldham, Scunthorpe, Walsall, Yeovil Town, Doncaster Rovers, Preston North End u Aston Villa.
Wara dan kollu, Johnstone jinsab lest illi jagħmel il-qabża fil-kwalita’ u sa fl-aħħar jissielet għal post regolari fl-ewwel tim tal-Hammers.