Read in English.
Il-klabb minn Londra jinsab interessat li jilqa’ lil Javier Pastore ta’ Paris Saint-Germain f’Upton Park u qiegħed jippjana trasferiment ta’ madwar £17.5 miljun.
PSG iridu jbiegħu wħud mill-plejers tagħhom sabiex jikkonformaw mar-Regolamenti tal-Fair Play Finanzjarju imposti mill-UEFA. Il-midfielder offensiv Arġentin ingħaqad ma’ PSG mingħand Palermo fl-2011 u skurja 45 gowl f’265 logħba mar-rebbieħa ta’ Ligue 1.
West Ham tefaw ukoll għajnejhom fuq Felipe Anderson ta’ Lazio u fuq Alfie Mawson u Lukasz Fabianski ta’ Swansea. Skont Sky News, Swansea kienu diġà rrifjutaw offerti mingħand West Ham għaż-żewġ plejers iżda jidher li issa kien hemm titjieb fit-taħdidiet bejn iż-żewġ klabbs.
Miġjub lilek minn Hublot