​West Ham b’offerta ta’ 20 miljun għal Santos

It-tim Ingliż daħal f’taħdidiet ma’ Barcelona sabiex jakkwista lid-difensur ta’ 22 sena Marlon Santos.
Matul l-istaġun li għadda l-Brażiljan ġie misluf lil Nizza fejn kellu wirjiet ferm pożittivi, tant li t-tim Franċiż jixtieq ibiddel it-trasferiment tad-difensur f’wieħed permanenti.
Santos kien ukoll qed jinteressa lil Leicester City iżda jidher li l-Hammers, li ftit ġimgħat ilu ħatru lil Manuel Pellegrini, huma l-favoriti sabiex jakkwistawh. Il-partitarji ta’ West Ham jittamaw li Santos se jkun kapaċi isaħħaħ lid-difiża tat-tim tagħhom hekk kif matul l-istaġun 2017-18 qalgħu 68 gowl filwaqt li spiċċaw fit-13-il post.