Wenzu u Rożi ġejjin lura

Wenzu u Rożi ġejjin lura u bla dubju li ħafna huma dawk li se jkunu qed jieħdu l-opportunità biex jerġgħu jibdew isegwu s-sitwazzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ karattri li kein ħoloq Dr George Zammit.

L-istejjer ta’ Wenzi u Rożi kienu nkitbu biex jinqraw waqt il-programm Siegħa għall-Morda li kien jixxandar fuq ir-Redifussion. Wara kien beda jsir teleserial b’Narcy Calamatta fil-parti ewlenija ta’ Wenzu. Dawn l-episodji bi stampa iswed u abjad kienu ntwerew fuq Xandir Malta.

Fl-2001 is-sensiela reġgħet inħadmet b’Narcy Calamatta mill-ġdid fil-parti ewlenija. Miegħu f’din is-sensiela ħadmu wkoll Josephine Mahoney, Marvic Cordina, Frederick Camilleri u Sandro Vella fost oħrajn.

Dawn l-episodji se tkunu tistgħu tibdew issegwuhom fuq l-istazzjon One minn għada l-Erbgħa 1 ta’ April. Se jkunu qed jixxandru kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-1.pm.