“Wenger kien jilgħab futbol attraenti” – Heynckes

Il-kowċ ta’ Bayern Munich Jupp Heynckes ikkummenta fuq l-aħbar li ħarġet matul il-ġurnata tal-bieraħ li l-kollega tiegħu Arsene Wenger ser iċedi postu fuq il-bank ta’ Arsenal.
Il-kowċ ta’ 73 sena, li inċidentalment ser jirtira mit-tmexxija tat-tim Ġermaniż fl-aħħar ta’ dan l-istaġun, qal illi Wenger kellu karriera mill-isbaħ fit-22 sena li dam imexxi lill-Gunners.
Heynckes qal illi dan il-kowċ kien jilgħab futbol ferm attraenti ma’ kull tim illi kien imexxi.
Huwa temm jgħid illi mhux ser ikun faċli għalih jerġa’ jikkowċja tim ieħor minħabba illi din l-esperjenza li għamel f’EmiratesStadium hija waħda li diffiċli tinsa.