Wenger jirritorna fix-xena tal-futbol

L-eks maniġer ta’ Arsenal Arsene Wenger se jirritorna għall-futbol wara li daħal fi qbil biex jilħaq il-kap il-ġdid tal-Fifa għall-iżvilupp tal-futbol globali.

Dan il-pass għalaq il-bibien tal-ispekulazzjonijiet li ħarġu dwar Wenger u r-ritorn tiegħu fil-coaching ma’ Bayern Munich.

Wenger telaq lill-Gunners f’Mejju tal-2018 wara li għamel 22 sena fil-kariga, rebaħ tliet titli tal-Premier League u rebaħ seba’ FA Cups. L-irwol il-ġdid ta’ Wenger fil-korp ta’ tmexxija dinji għandu jgħin biex jiġi żviluppat il-futbol tal-irġiel u tan-nisa, kif ukoll jagħti spinta lill-aspetti tekniċi tal-isport.

B’hekk se jkun membru tal-bord tekniku tal-Bord tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Futbol, u ċ-chairman tal-grupp ta’ studju tekniku tal-Fifa.