Wenger ifaħħar lil Ozil

Il-kowċ ta’ Arsenal Arsene Wenger faħħar lill-internazzjonali Ġermaniz Mesut Ozil għall-wirjiet tiegħu ta’ dan l-aħħar, b’mod partikolari wara li skorja l-ewwel gowl tal-istaġun fi tmiem il-gimgħa li għaddiet kontra Everton.
Wenger sostna illi Ozil qed jerġa' jirritorna għall-forma fiżika tipika tiegħu u jinsab ċert illi ser jgħin mhux ftit lill-Gunners.
“Huwa jinsab fiżikament tajjeb fl-aħħar. Jinsab konċentrat u motivat illi jagħti l-aħjar tiegħu lit-tim.”
“Weġġa’ rkopptu, ma kinitx xi problema kbira iżda affettwatu xi ftit sakemm reġa’ daħal.”
Mistoqsi dwar il-possibiltà illi Ozil jitlaq lil Arsenal, Wenger kien pożittiv u qal illi l-plejer ser ikollu staġun tajjeb magħhom u konvint illi ser jibqa’ għall-inqas sal-aħħar tal-istaġun.