​Wenger fl-aħħar staġun ma’ Arsenal?

Il-gazzetta Ingliża The Daily Mail żvelat illi l-futur ta’ Arsene Wenger fit-tmexxija ta’ Arsenal jidher f’dubju wara li fil-konferenza tal-aħbarijiet li kien hemm wara t-telfa li kellhom il-Gunners kontra Manchester City fil-finali tal-Carabao Cup.
Huwa naqas milli jwieġeb domanda illi għamillu ġurnalist Ingliż dwar jekk hux se jkompli fit-tmun tal-klabb.
L-istess gazzetta kompliet tgħid illi x-xniegħat huma li l-kowċ Franċiż jitlaq fl-aħħar ta’ dan l-istaġun wara li ilu fl-Emirates Stadium sa mill-1996.
Fil-fatt ċerti sezzjonijiet tal-partitarji tal-Gunners iridu demm ġdid fit-tmexxija filwaqt illi tinbidel il-politika eżistenti li ma ssarrfet fl-ebda unur prinċipali l-iktar fil-qasam Ewropew.