Wembley stadium se jospita l-finali taċ-Champions League fl-2023

Wembley se jkun qed jospita l-finali taċ-Champions League tal-2023. St. Petersburg se jkun qed jospita l-finali tal-2021 u Munich se jospita l-finali tal-2022. L-istadium nazzjonali Ingliż ġie magħżul biex fih issir wirja prestiġjuża ta’ futbol Ewropew.

Dan se jimmarka 10 snin mindu Webley ingħata ċ-ċans li jospita l-finali, meta Bayern Munich għelbu lir-rivali tagħhom tal-Bundesliga Borussia Dortmund fil-finali tal-2013.

L-istadium l-antik ta’ Wembley kien ospita l-finali tat-tazza Ewropea fl-1963, l-1968, l-1971 u l-1992. Fil-modern saret il-finali tal-2011.