Wells jirbaħ il-kampjonat tal-iktar bebbuxu veloċi

Tifel ċkejken ta’ 5 snin sar iċ-ċampjin il-ġdid tat-tlielaq tal-bebbux. Zeben Butler-Alldred, minn Londra rebaħ din il-kompetizzjoni f’Norfolk.
Il-bebbuxu, bl-isem ta’ Wells, spiċċa l-korsa tiegħu fi 3 minuta u 19-il sekonda.
Minkejja r-rebħa, il-ħin li għamel il-bebbuxu Wells huwa ferm inqas mir-rekord li hemm bħalissa – dak ta’ żewġ minuti.
It-titlu tar-rekord mondjali bħalissa jinsab għand il-bebbuxu Archie b’tellieqa li għamel fl-1995.  
Id-distanza li kellhom jimxu l-bebbux kienet ta’ madwar 30 ċentimentru.