Weħilt mill-eżami? Għajnuna b’xejn biex tgħaddi

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħabbar li fis-sajf se jkun hemm klassijiet għal dawk li weħħlu mill-eżamijiet tas-SEC biex dawn ikunu jistgħu jerġgħu jersqu għall-eżami f’Settembru.

Skont l-istqarrija, dan se jkun possibbli għas-suġġetti tal-Bijoloġija, tal-Ingliż, tal-Malti, tal-Matematika, u tal-Fiżika.

L-istudenti jistgħu jagħżlu sa massimu ta’ tliet suġġetti u l-klassijiet se jkunu kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

L-istqarrija tispjega li din l-inizjattiva hija ffinanzjata mill-Fond Soċjali Ewropew taħt il-Proġett Youth Guarantee u tikkonsisti f’kors intensiv ta’ ħames ġimgħat minn tmiem Lulju sa tmiem Awissu.

L-istudenti jistgħu japplikaw fuq education/gov.mt/revision sal-Erbgħa 18 ta’ Lulju fl-10am.