Wegħda ħelwa li l-Prinċep William għamel lil Diana

“Tibżax mamà, it-titlu ntihulek lura jien la nsir re,” wiegħed iċ-ċkejken William lil ommu Diana.

Dan għaliex wara d-divorzju bejn il-Prinċep Charles u Diana, il-Prinċep insista li jitneħħielha t-titlu ‘HRH: Her Royal Highness,’ minkejja li r-Reġina ma sabitx oġġezzjoni li Diana żżomm dan it-titlu.

Li jitneħħielha t-titlu kien ifisser li Diana issa kienet fuq livell iktar baxx mill-kumplament, u saħansitra kellha tbaxxi biex issellem lil uliedha stess, William u Harry.

William, li kellu biss 14-il sena dak iż-żmien, wera appoġġ lil ommu u wegħedha li ladarba jsir re hu, għad jagħtiha lura t-titlu li jistħoqqilha.

Dan kitbu ħabib u qaddej ta’ Diana, Paul Burrell, fil-ktieb tiegħu A Royal Duty.