Weġġa’ lil sewwieq ta’ mutur u baqa’ sejjer, jeħel multa

Read in English.

Sewwieq tat-trakk ġie mmultat wara li ammetta li laqat lil sewwieq ta’ mutur u baqa’ sejjer. Is-Serb li għandu 43 sena kien akkużat b’sewqan traskurat u negliġenza wara li fost l-oħrajn m’għamilx sinjal li kien se jdur u kkawża inċident.

L-inċident seħħ nhar is-Sibt li għadda fi Triq Testaferrata Ta’ Xbiex meta s-sewwieq tal-mutur intlaqat mit-trakk li kien qed iġorr l-iskart u mal-impatt sofra ġrieħi gravi fil-parti t’isfel ta’ dahru.

Is-sewwieq ammetta l-akkużi kollha u wera d-dispjaċir tiegħu għal dak li kkawża. Il-Qorti mmultat lill-akkużat €2,000, issospendietlu l-liċenzja tas-sewqan għal tliet xhur u żiditlu 8 punti penali fuq il-liċenzja.