Weġġa’ gravi wara li waqgħet folja tal-ħadid fuq siequ

Raġel weġġa’ gravi wara li waqgħet folja tal-ħadid fuq siequ waqt li kien fuq ix-xogħol. L-inċident seħħ ġo maħżen illum waranofinhar għall-ħabta tat-tlieta fil-Marsa.

Fi stqarrija, l-Pulizija qalu li r-raġel għandu 38 sena u huwa mill-Georgia.

Il-maħżen li fih seħħ l-inċident jinsab fi Triq ix-Xatt il-Mollijiet. Huwa ttieħed immedjatament lejn l-isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.