Weġġa’ gravi; intlaqat minn karozza li baqgħet sejra

Arkivji

Read in English.

Anzjan ittieħed l-isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn karozza li baqgħet sejra fi Triq Hompesh fil-Fgura.

L-anzjan ta’ 73 huwa residenti Ħal Tarxien u ġarrab ġrieħi gravi fl-inċident li seħħ għall-ħabta tas-7pm.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li l-anzjan kien qed jaqsam it-triq fil-ħin tal-inċident. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.