Weġġa’ gravi b’chaser fuq ix-xogħol

Raġel weġġa’ gravi wara li kien qiegħed jaħdem b’chaser ġo sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.15pm, fi Triq Sliema fil-Gżira. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iżjed tard ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.

Skont stħarriġ mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) madwar 350 persuna sofrew ksur waqt li kienu qed jaħdmu fit-tieni nofs tal-2017.

Dan filwaqt li matul din is-sena, sa Ġunju li għadda, ġie rrappurtat inċident fatali wieħed fuq il-post tax-xogħol. Min-naħa l-oħra 1,653 persuna weġġgħet.