Weekend ta’ divertiment b’xejn ma’ Puttinu

Puttinu Cares se jorganizza weekend ta’ divertiment  fil-grawnd tal-isport fil-Marsa bejn it-18 u l-20 ta’ Mejju. 
Nhar il-Ġiimgħa 18 ta’ Mejju se jkun hemm ftuħ spettakolari u filgħaxija se jkun hemm diversi deejays, żeffiena u kantanti li se jingħaqdu flimkien biex jagħtu wirja ta’ divertiment. 
Is-Sibt u l-Ħadd il-kumpless sportiv se jiġi ttrasformat f’ambjent ta’ Disney, b'bouncing castle, crafts, karattri, shows, kant u żfin, u ħafna attivitajiet sportivi għat-tfal u l-kbar. Filgħaxija se jkunu preżenti diversi atturi u artisti lokali.
Għal aktar informazzjoni, żur il-paġna fuq Facebook ta’ Puttinu Cares