Webinar għall-istudenti minn ĠEMMA u l-BOV

Diskussjoni u pariri fuq l-immaniġjar tal-Flus u Self għall-istudju

Ritratt: John Schnobrich

Read in English.

Studenti u professjonisti li jibdew studji f’livell ogħla sabiex jiksbu l-karriera li dejjem xtaqu, ħafna drabi jiffaċċjaw sfidi finanzjarji bħall-ispejjeż tal-kors, akkomodazzjoni, trasport u spejjeż tal-għixien, kotba u spejjeż oħra relatati mal-istudju.

ĠEMMA u l-Bank of Valletta se jorganizzaw webinar għall-istudenti f’livell ta’ edukazzjoni għolja biex jiddiskutu “Money Management and Student Loans” nhar l-Erbgħa 26 ta’ Awwissu 2020 mill-11:00am sa 12:00pm.

Matul dan il-webinar, David Spiteri Gingell, konsulent fi ħdan ĠEMMA, se jipprovdi pariri lill-istudenti dwar kif jimmaniġġjaw il-finanzi tagħhom f’perjodu meta l-ammont ta’ flus li jkollhom jaf ikun xi ftit jew wisq limitat, filwaqt li fl-istess ħin l-ispejjeż tagħhom ikunu qed jiżdiedu. Tonio Ellul mill-Bank of Valletta se jiddiskuti il-BOV Studies Plus+, prodott finanzjarju li jipprovdi aċċess aktar faċli għall-finanzi lil dawk l-istudenti li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom kemm f’Malta kif ukoll barra mill-pajjiż. Il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità li jistaqsu domandi direttament lill-panellists.

Il-BOV Studies Plus+ toffri soluzzjoni għal dawk li għandhom bżonn il-finanzi biex ikomplu bl-istudji tagħhom kemm f’Malta kif ukoll barra mill-pajjiż, permezz ta’ korsijiet ta’ studju full-time, part-time jew ta’ distance learning, li jwasslu għal kwalifika ta’ livell MQF 5, 6, 7 jew 8. Il-BOV Studies Plus+ toffri għadd ta’ benefiċċji fosthom rata ta’ imgħax attraenti u ammont massimu ta’ self ta’ € 100,000. Studenti jew professjonisti li jieħdu dan is-self jistgħu wkoll jagħżlu moratorju sa 5 snin. Dan ifisser li matul dawn il-ħames snin, l-istudenti ma jkollhomx jagħmlu ħlas lura kemm fuq il-kapital kif ukoll l-imgħax. Barra minn hekk, permezz ta’ dan il-prodott, l-istudenti ma jkollhomx jagħtu kontribuzzjoni bil-quddiem, u lanqas jipprovdu garanzija. Il-BOV Studies Plus+ huwa appoġġjat mill-Operational Programme II, ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew u mmexxi mill-Malta Development Bank.

Studenti jew individwi li jixtiequ jiskopru aktar dwar immaniġjar aħjar tal-flus u aċċess għall-finanzjament biex ikomplu l-istudji tagħhom huma mistiedna jissieħbu f’dan il-webinar b’xejn billi jirreġistraw fuq permezz ta’ dan il-link.

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u hija liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).