Wayne Rooney jilqa’ lit-tielet tifel tiegħu

Il-futboler Wayne Rooney u martu Colleen ħabbru t-twelid tat-tielet tifel tagħhom, Kit.
Kien Rooney stess li laqa’ lit-tarbija fid-dinja, li kienet tiżen kważi 3.7 kilogrammi, u ppubblika l-ewwel ritratt fuq Instagram.
Il-plejer ta’ 30 sena u martu ħabbru t-twelid, nhar il-Ħadd, bl-isem sħiħ ikun Kit Joseph.
Imma l-plejer ta’ Manchester United u tat-tim nazzjonali Ingliż qed jinjora kritika li waslitlu minn xi wħud, li l-inizjali tat-tliet ulied tiegħu huma KKK, bħall-Ku Klux Klan, hekk kif iż-żewġ ulied l-oħra jisimhom Kai, ta’ sitt snin, u Klay, ta’ sentejn.
Wayne u Colleen Rooney ilhom flimkien minn meta kellhom 16-il sena u żżewġu fl-2008.