​Watford jixtiequ jżommu lil Carillo

Wara diversi spekulazzjonijiet dwar il-winger ta’ Watford Andre Carrillo, li beda jingħad illi jista’ jerġa’ jirritorna mal-klabb oriġinali tiegħu Benfica, jidher illi d-diriġenti tat-tim Ingliż jinsabu deċiżi illi jżommu lill-plejer Peruvjan wara l-wirjiet eċċezzjonali illi qed joffri dan l-aħħar.
Il-gazzetta The Daily Mirror żvelat illi wara li l-Hornets ħadu lil Carillo b’self, huma lesti illi jippreparawlu kuntratt li jorbtu għal aktar żmien f’Vicarage Road.
Minkejja illi skorja gowl wieħed biss minn 19-il logħba li lagħab, Carillo qed ikun tajjeb mal-linja leminija ta’ Watford filwaqt illi xi kultant qed jaqdi wkoll ir-rwol tat-tieni attakkant magħhom.