Watford ikabbru t-tagħmiet wara li rebħu kontra United

Watford imtlew b’aktar tama li se jkunu qed jiżgiċċaw ir-relegazzjoni. Dan wara li rebħu t-tieni logħba tagħhom tal-Premier League kontra Manchester United ġewwa Vicarage Road.

Grazzi għal dan ir-riżultat, Watford qegħdin sitt punti ‘l fuq milli jiġu relegati u qegħdin livell fil-punti ma’ Norwich. Iż-żewġ timijiet qegħdin fid-19-il post, filwaqt li United żammew it-tmien post.

L-iżball ta’ David de Gea rrigala l-gowl tal-ftuħ lil Watford. Lanqas Paul Pogba ma rnexxielu jsib il-lasta wara li għamel ir-ritorn tiegħu ma’ United wara li kien ilu nieqes tliet xhur. Sakemm it-tim ta’ Ole Gunnar Solskjaer għamel kemm seta biex ipprova jsib il-lasta, Watford ħolqu ċ-ċansijiet tagħhom.

Watford immeritaw it-tielet rebħa li qatt rebħu fl-istorja kontra United.