Waterpolo: San Ġiljan jirbħu l-Kampjonat tax-Xitwa

It-tim ta' San Ġiljan rebaħ il-Kampjonat tax-Xitwa tal-Waterpolo.
Wara li t-tim ta' Sliema rnexxielhom jilħqu lil San Ġiljan fil-klassifika fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat, kien jeħtieġ li tintlgħab decider bejn iż-żewġ timijiet.
Fil-logħba deċiżiva li ntlagħbet fil-Pixxina Nazzjonali f'TalQroqq, it-tim ta' San Ġiljan rebaħ lil Sliema bl-iskor ta' 11-8.
San Ġiljan rebħu 3 sessjonijiet. Fl-ewwel sessjoni rebħu 3-2, tilfu t-tieni sessjoni 1-2, fit-tielet sessjoni rebħu 5-3 u fir-raba' sessjoni rebħu bl-iskor ta' 2-1.
Fi tmiem il-partita, Joe Caruana Curran, President tal-Assoċjazzjoni Akwatika Maltija flimkien ma' Anthony Scicluna, Kap tal-Bank of Valletta, ippreżentaw it-trofew u l-midalji llir-rebbieħa.