Water-saving kit għall-familji Għawdxin kollha

Ir-residenzi kollha fil-lokalitajiet f’Għawdex din il-ġimgħa bdew jirċievu water-saving kits bil-għan li l-poplu Għawdxi jagħmel użu aktar sostenibbli tal-ilma. Fl-istess waqt dan għandu jgħin biex jiġi kkonservat l-ilma tal-pjan. Din l-inizjattiva hija kofinanzjata mill-Unjoni Ewropea fejn il-Ministeru għal Għawdex huwa wieħed mill-imsieħba f’dan il-proġett

B’kollox se jitqassmu madwar 12,000 water-saving kit li jistgħu jintużaw f’diversi kmamar fosthom fil-kċina u l-kamra tal-banju.

Kull kit se jkun fih fost l-oħrajn apparat li jżomm il-ħin fix-xawer, borża li tkejjel il-fluss tal-ilma, tagħmir li jnaqqas il-pressa tal-ilma u diversi affarijiet oħra li jgħinu fit-tnaqqis tal-konsum tal-ilma.

Kull familja f’Għawdex se tkun qed tirċievi vawċer li jista’ jissarraf f’dan il-water-saving kit b’xejn.