Wasslet il-qassata….bram mhux perikoluż

Bram mhux perikoluż qed jagħmel iż-żjara annwali tiegħu fil-bajja tad-Dwejra f’Għawdex.

L-espert fil-bijoloġija marittima u ambaxxatur tal-oċeani, il-Professur Alan Deidun f’referenza għal fenominu li jseħħ darba f’sena, ħeġġeġ lin-nies biex jilbsu l-maskri tal-għawn u ammiraw dan l-ispettaklu tal-baħar filwaqt li kompla ħeġġiġhom jagħmlu r-rapporti fuq is-sit Spot the Jellyfish.

“Il-qassata waslet,” stqarr  Deidun b’referenza għal qtajja ta’ bram tat-tip ‘fried egg jellyfish’, magħrufa wkoll bħala “bram tal-lampuki”, li kienu rapportati f’dan l-aħħar jiem fl-inħawi tad-Dwejra Għawdex.

Dan it-tip ta’ bram jinsab fil-punent tal-Mediterran.