“Wassaltek fuq l-artal fil-Grizma u llum għall-funeral”

Simon Psaila Funeral

Il-parrinu ta’ Simon Psaila qal li hekk kif hu wassal lil Simon Psaila fuq l-artal fil-Griżma, f’jum il-funeral se jagħmel l-istess għall-funeral. Nhar it-Tnejn bosta qraba ħbieb u parruċċani Rabtin taw l-aħħar tislima lil Simon Psaila, iż-żagħżugħ t’ 24 sena li tilef ħajtu l-ġimgħa l-oħra waqt li kien qed jogħodos bin-nifs fix-Xemxija.

Fil-quddies iċċelebrata mill-Arċipriet tar-Rabat, il-Kanonku Louis Suban, filwaqt li ma hemx kliem biex jesprimi d-dieqa quddiem il-mewt taż-żagħżugħ, Psaila ltqagħa mal-Mulej fil-baħar bi krejaturi li hu kien tant iħobb.

L-Arċipriet stqarr li mewta ta’ ġuvni ġġalna nsaqsu fejn spiċċa l-ħolm u l-proċetti ta’ Simon għall-ħajja fil-futur. Huwa spiċċa billi qal li din il-mewta ma wasslitx għal ħela ta’ ħajja, iżda ħajjet Simon inbidlet għall-aħjar.