Waslet l-elezzjoni fl-Italja…il-poplu Taljan inkwetat?

Illum kienet ġurnata ta’ silenzju fl-Italja hekk kif għada kulħadd mistenni jmur jitfa’ l-vot tiegħu sabiex jiġi elett il-Gvern il-ġdid.
Fl-elezzjoni ġenerali ta’ għada, il-poplu Taljan se jkun qed jivvota sabiex jintgħażlu d-deputati ġodda tal-Parlament u s-Senat, kif ukoll il-Gvern il-ġdid.
Ilbieraħ filgħaxija, il-partiti għalqu l-kampanji elettorali tagħhom. Madanakollu jidher li l-Italja għadha mhix ċerta lil min għandha tivvota.
Jidher li bosta żgħażagħ m’għandhomx il-ħsieb li joħorġu jivvutaw hekk kif qed iħossu li ħadd ma indirizza il-problemi tagħhom.
Tul il-kampanji elettorali, il-partiti ewlenin dehru ffukati li fost l-oħrajn, isibu soluzzjonijiet għall-immigrazzjoni fil-pajjiż, fejn il-Lega Nord qalu li lesti jiddeportaw l-immigranti kollha, filwaqt li Berlusconi wiegħed li se jaċċerta li Malta tibda’ tieħu l-immigranti hi ukoll.