Aġġornata (2): Filmat: “Ferħan se ntir li sirt missier” – Il-Prinċep Harry

Il-Prinċep Harry ħabbar li hu u martu, id-Dukessa Meghan laqgħu tifel illum fil-5.26am. Il-Prinċep qal li hu ferħan se jtir li sar missier, u li hu kburi ħafna b’martu. Martu u ibnu t-tnejn jinsabu tajbin.

It-tarbija kienet tiżen ftit iżjed minn 3 kilogrammi (7 pounds 3 ounces). Għadu mhux magħruf x’se jissemma l-ewwel wild tal-koppja, iżda l-Prinċep qal li jumejn oħra għandha tidher il-familja kollha għall-ewwel darba, inkluż it-tarbija, u jitħabbar isimha.

Il-familja rjali tar-Renju Unit ħabbret li wasal it-twelid tal-aħħar żieda fil-familja, l-ewwel tarbija tal-Prinċep Harry u martu, id-Dukessa Meghan Markle. Ir-rapporti Ingliżi qalu li Meghan bdiet twelled fis-sigħat bikrin tat-Tnejn, bil-Prinċep maġenbha.

It-tifel huwa s-seba’ wieħed li jmissu t-tron, wara nannuh Charles, zijuh William, il-kuġini tiegħu George, Charlotte u Louis u missieru Harry, u huwa t-tmien proneputi tar-Reġina Eliżabetta II.

Il-Prinċep iħassar pjanijiet ta’ safar fl-aħħar minuta; Meghan qed twelled?

It-tqala tħabbret f’Ottubru li għadda, iżda ma ngħatawx wisq dettalji dwarha, u għalhekk, l-ammiraturi tal-familja rjali kienu qegħdin jippruvaw jaqtgħu meta se tasal it-tarbija hekk mistennija.

Ħjiel għal meta se titwieled it-tarbija rjali ta’ Meghan u Harry

Meghan semmiet li jogħġobha l-isem Amy għal tifla, imma qegħdin jissemmew ukoll l-ismijiet Victoria, Diana, u Arthur u James għal tifel.