Washington DC: Jiġġarraf ajruplan, jaqbeż bil-paraxut

Ajruplan militari F-15 iġġarraf żewġ mili ‘l bogħod mill-Joint Base Andrews, ħdejn Washington DC.
Rapporti qalu li mill-inqas persuna waħda qabżet mill-ajruplan permezz ta' paraxut u nstabet mis-servizzi tal-emerġenza.
Jidher li l-ajruplan iġġarraf f’zona bis-siġar fil-blokka 4200 ta’ Steed Road fi Clinton, ġewwa Maryland.
Diversi toroq fiz-zona ngħalqu.
Ritratt: Arkivji