“Wara li nkellmu, nimxu minn hemm”

DBA Entertainment illejla se jkunu qed iwasslu puntata oħra mis-sensiela Game Over miktuba minn Jonathan Azzopardi.

Issa sirna nafu li Robert, Silvio u George huma aħwa. Fil-passat ma tantx kienu mill-ħelwin, iżda issa jidher li rabbew xi ftit l-għaqal.

Wara li Ġużi sawwat u abbuża minn Elaine, il-mara ta’ Robert, dan, flimkien ma’ ħuh Silvio, lagħbu biex spiċċa l-ħabs! Issa jidher li wasal iż-żmien li b’xi mod Ġużi jpattijielu. X’se jiġri?

Game Over jixxandar fuq One fid-9pm.