“Wasal iż-żmien li Għawdex ikollu ċentru tas-saħħa”

LGBTI+ Gozo qed jisħaq dwar il-bżonn li f’Għawdex isir investiment f’ċentru tas-saħħa.
Fi stqarrija, il-grupp staqsa għalfejn Għawdxi għandu jkollu jinżel Malta għall-kura primarja.
Fakkar li f’Għawdex jgħixu 30,000 persuna u għandu jkollhom post fejn jingħataw il-kura, aktar u aktar dawk li jixtiequ jipprevenu mard li hu trasmess sesswalment (STI).
Il-grupp faħħar l-investiment li se jkun qed isir fil-GU Clinic f’Malta, fi sptar ġdid f’Għawdex u anke kampanja ta’ kuxjenza għall-prevenzjoni tal-HIV.
Is-sejħa saret fil-preżenza tal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, id-Deputat tal-Oppożizzjoni David Stellini u għaqdiet oħra fi Dukes Complex fir-Rabat, Għawdex.