​Wasal il-ħin tal-konsegwenzi għall-Gvern Malti – MPE Ġermaniż

Il-Membru tal-Parlament Ewropew Sven Giegold qal li wasal il-ħin għall-konsegwenzi serji għall-Gvern Malti fid-dawl tal-iskandlu tal-Panama Papers u l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Giegold, li jagħmel parti mill-partit tal-ħodor kien qed jirreaġixxi għar-rapport li ħareġ dwar l-investigazzjoni tad-delegazzjoni mill-Parlament Ewropew li ġiet Malta biex tinvestiga is-sitwazzjoni fil-pajjiż. Huwa qal li d-delegazzjoni sabet evidenza ta’ nuqqasijiet serji fir-rispett għal-liġi f’Malta.
Il-MPE appella lill-Kummissjoni Ewropea biex tinvestiga s-sejbiet.  
Giegold tenna l-appell tar-rapport biex il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri jitkeċċew.
Sven Giegold żied jgħid li l-Unjoni Ewropea mgħandiex taċċetta d-deterjorazzjoni tar-rispett lejn il-liġijiet tal-pajjiżi li huma membri tagħha. Sostna li l-korruzzjoni u l-kriminalità finanzjarja għandha tiġi miġġielda kullimkien fl-Ewropa.