Wara xahar jieqaf l-istrajk tal-ECG

L-Unjin tal-Infermiera u Qwiebel u l-Ministeru għas-Saħħa laħqu ftehim dwar it-technicians tal-ECG fid-Dipartiment tas-Saħħa Primarja.
Il-ftehim intlaħaq wara li ġie propost li l-ECG Technicians se jkunu qed jagħtu dan is-servizz skont min imiss.
Għalhekk, l-MUMN waqqfet l-azzjoni industrijali li ilha fis-seħħ mis-17 ta’ Diċembru li għadda meta ordnat biex ma jsir ebda test tal-ECG fiċ-ċentri tas-saħħa.
L-istrajk kien qed isir minħabba li ħaddiem inkarigat li jagħti dan is-servizz, ħass li saret inġustizzja miegħu fuq transfer li kellu jsir.   
Għalkemm din il-problema ġiet solvuta, Newsbook.com.mt kien ilu tliet ġimgħat isaqsi lill-Ministeru għas-Saħħa.  Il-mistoqsijiet li kienu ntbagħtu baqgħu mhux imwieġba.