Wara 12-il sena tmur lura fil-Britain’s Got Talent

Bħalissa għaddejjin ir-rikordings tal-programmi fl-edizzjoni l-ġdida ta’ Britain’s Got Talent li se jixxandru dalwaqt. Qed jiġi rappurtat li Simon Cowell spiċċa bla kliem meta quddiemu fuq il-palk telgħet żagħżugħa ta’ 18-il sena: Connie Talbot.

Alesha Dixon u David Walliams ma kinux parti mill-programm fl-2007 iżda għal Cowell u ħafna segwaċi jiftakru lil Talbot bħala tifla ta’ seba’ snin li kienet waslet sal-fażi finali ta’ dik l-edizzjoni.

Ma tagħtihx tort lil Cowell li lil Talbot ma għarafhiex għax it-tifla llum saret żagħżugħa ta’ 18-il sena u d-dehra tagħha nbidlet mhux ħażin!

Wara l-esperjenza tagħha fi Britain’s Got Talent tal-2007 Talbot baqgħet taħdem fuq it-talenti tagħha u l-mużika hija parti kbira minn ħajjitha. Hija taqsam ix-xogħlijiet tagħha fuq il-mezzi soċjali u fuq l-Instagram għandha xejn inqas minn 162,000 segwaċi.

Meta jixxandar il-programm, u eventwalment jittellgħu siltiet fuq il-Youtube Channel ta’ Britain’s Got Talent, se naraw lil Cowell jiċċajta ma’ Talbot hekk kif jagħmel riferenza għall-fatt li hija għandha s-snien, b’differenza meta 12-il sena ilu, kif taraw fir-ritratt u fil-filmat, ma kellhiex.

Jekk insejtuha, jew ma tafux min hi, dan il-filmat għandu jinteressakom: