Wara tarbija, Meghan Markle issa se jkollha tewmija

Meghan Markle għadha kemm kellha tifel, pero jidher li dalwaqt ikollha tewmija wkoll. Dan hekk kif Tanya Ricardo minn Houston, fl-Istati Uniti, tant tħobb id-Dukessa ta’ Sussex li għamlet operazzjoni ta’ sitt siegħat biex tiġi tidher bħalha kemm jista’ jkun.

Mal-midja internazzjonali Ricardo, omm ta’ 30 sena, qalet d-Dukessa hi mara grazzjuża ħafna u li tixtieq tkun bħalha kemm jista’ jkun.

Xellug – Meghan Markle, lemin – Tanya Ricardo

Waqt l-operazzjoni, li damet sitt siegħat, Ricardo għamlet total ta’ tmien proċeduri, li kienu jinkludu liposuction taħt geddumha, żaqqa, qaddejha u dahra

Ricardo ammettiet li d-deċiżjoni tagħha waslet għal reazzjonijiet varji minn sħabha u l-familjari tagħha, inkluż stmerrija. Hija mistennija turi d-dehera ġdida tagħha nhar l-Erbgħa.