Wara sejba ta’ droga fil-Ġermanja, jitressaq il-Qorti żagħżugħ Malti

Żagħżugħ ta’ 26 sena minn Marsaskala, jinsab akkużat bi traffikar ta’ droga lejn Malta mill-Ġermanja.

Wara s-sejba ta’ aktar minn żewġ kilogrammi eroina fil-Ġermanja, il-Europol u d-dipartiment tad-dwana fil-Ġermanja identifikaw liż-żagħżugħ Malti bħala wieħed mit-traffikanti involut f’dan il-każ.

F’dan il-każ kien hemm involuti wkoll tliet persuni ta’ nazzjonalita Litwana. Id-droga nstabet fil-karozza ta’ dawn il-Litwani.

L-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej, u l-persuna mistennija li titressaq il-Qorti aktar tard illum b’assoċjazzjoni fit-traffikar ta’ droga eroina.