Wara seba’ ġimgħat jistgħu jerġgħu jistennew fil-kenn

Wara li f’Novembru li għadda l-istejġ Bontadini fi Triq l-Imdina l-Imrieħel għal xi raġuni ħa n-nar, issa tlesta mix-xogħlijiet u qed jerġa’ jipprovdi l-kenn lil min ikun qed jistenna lil tal-linja.
Jidher li dan kien każ ta’ vandaliżmu li fejn persuna jew persuni mhux magħrufa qabbdu n-nar fl-istejġ aktar minn seba’ ġimgħat ilu.
Xahar ilu Newsbook.com.mt kien għadu qed jistenna t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li bagħat lil Transport Malta.