Filmat: Wara Malta, Nas Daily jgħid li se jiġi lura daqt

Il-blogger Nas Daily qal li filwaqt li dan tal-lum huwa t-tmiem tal-vjaġġi tiegħu madwar id-dinja, se jiġi lura dalwaqt. Huwa ma tax dettalji ta’ x’se jkun qed jagħmel meta jirritorna.

Dan il-messaġġ tellgħu fuq Facebook propju hekk kif illejla Nas Daily se jkun qed jistieden 1,000 Malti f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta għall-għeluq tat-tour dinji tiegħu.

Nas Daily jgħid li Malta qisha t-tieni dar tiegħu

Fil-messaġġ, Nas Daily semma kif illum beka billi għalih din hija ġurnata mimlija emozzjonijiet anke għax jinsab Malta biex  jagħlaq l-1,000 ġurnata tiegħu jżur postijiet madwar id-dinja.

Il-blogger kompla jgħid li ma jafx kif irnexxielu jagħmel dan, għax fi kliemu stess huwa mhuwiex l-aktar persuna li jaħdem jew li kapaċi jżomm impenn fit-tul.

Nas Daily qal li iktar iqabbel din l-avventura tiegħu ma’ “ħolma ta’ tfajjel li sabet l-appoġġ u l-kuraġġ tal-followers tiegħu li għenuh jibqa’ reali”.

Kompla jgħid li wara 1,000 ġurnata, dan it-tfajjel issa sar raġel li qata’ xewqtu.

Fl-aħħar tal-messaġġ tiegħu, Nas Daily deher kommoss u qal li kien diffiċli għalih iwassal dan il-messaġġ.

Fi triqtu lejn Malta flimkien mat-tfajla tiegħu kienu tilfu t-titjira li oriġinarjament kellhom jaslu Malta biha meta t-tfajla spiċċat immanettjata fl-ajruport ta’ Barċellona fi Spanja.

Aqra għaliex it-tfajla tiegħu spiċċat immanettjata