Wara li qatluh, sabu li s-senter kien tal-logħob

Il-Pulizija Svediża sparat fuq żagħżugħ waqt li kien qed iġorr senter tal-logħob fi Stokkolma. Il-Pulizija fetħu n-nar fuqu għax ħassew li s-sitwazzjoni kienet ta’ theddida u waslu biex qatluh.

Iż-żagħżugħ, t’għoxrin sena kien ibati mill-Awtiżmu. Huwa ġie rrapurtat nieqes xi siegħat wara li ħareġ mid-dar.

Omm iż-żagħżugħ, meta ġiet intervistata minn aġenzija tal-aħbarijiet Svediża, qalet li binha kien wieħed mill-aktar irġiel qalbhom tajba fid-dinja. Binha kellu bżonnijiet speċjali u d-diskors tiegħu ma kienx ċar, tant hu ekk li rari kien isejjaħ l-ommi bil-frażi “ma”.