L-Awtorità tal-Ippjanar qalet li tista’ tikkonfermat li l-ammont ta’ nies li kienu qed jgħixu fir-razzett tal-baqar f’Ħal Qormi kiber wara li dawn poġġew avviż ta’ infurzar. L-Awtorità kienet qed twieġeb għall-mistoqsijiet mibgħutha minn Newsbook.com.mt.
Fit-tweġibiet tagħha l-Awtorità spjegat kif saret inspezzjoni fuq ir-razzett nhar it-12 ta’ Lulju wara li saru rapporti li kien qed jintuża bħala reisdenza Sid ir-razzett ingħata instruzzjonijiet biex jieqaf juża r-razzett b’mod illegali.
Il-kelliem għall-Awtorità tal-Ippjanar qal li sebat ijiem wara l-inspezzjoni tweħħel l-avviż mal-faċċata tar-razzett, liema avviż tneħħa.
Xahar wara l-inspezzjoni l-Awtorità ħadet azzjoni u għalqet ir-razzett b’konsegwenza li dawk li kienu qed jgħixu fuq ir-razzett, madwar 120 immigrant li kienu ġejjin mill-Italja spiċċaw bla saqaf fuq rashom.
Newsbook.com.mt bgħatt mistoqsijiet l-iSegretarju Parlamentari għall-akkommodazzjoni soċjali Roderick Galdes u lill-Pulizija iżda ħadd għadu ma wieġeb s’issa.