Goji berries bil-pestiċidi fis-suq Malti

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qiegħed javża lill-pubbliku dwar il-Goji Berries li jiġu f’kaxxi tal-plastik tad-ditta Golden Lily.
Dal-prodott ġej miċ-Ċina, in-numru tal-konsenja hi LRN03ZS u d-data ta’ durabbilià hi sat-30 ta’ Diċembru.
Aktar kmieni d-direttorat ħareġ stqarrija oħra dwar pistaċċi b'livelli ta' alfatossina.
Jidher li dawn il-Goji Berries fihom preżenza ta’ pestiċidi (amitraz u propargite), liema preżenza mhix permissibbli mir-regolamenti.
Il-pubbliku huwa mitlub iċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 bejn it-8am u s-2.30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt  f’każ li jixtieq iktar informazzjoni.