Wara l-maltemp jiġi l-bnazzi għal Ħal Lija

Wara li lbieraħ kien hemm dilemma kbira jekk kienx se jsir l-ispettaklu tan-nar tal-art, il-membru mis-Soċjetà Mużikali San Pio X ta’ Ħal Lija trijonfaw bi spettaklu liema bħalu.

In-nar tal-art kien akkumpanjat mill-mużika u beda għall-ħabta tad-9.30pm.

Il-persuni li tant jistennew in-nar spettakolari ta’ Ħal Lija baqgħu kemmxejn qalbhom imtertqa sakemm ittieħdet id-deċiżjoni, hekk kif anke l-marċ tal-festa kellu jitħassar minħabba l-maltemp.


Filmat: St. Michael’s Fireworks Ħal Lija

Membru mis-Soċjetà tal-Banda ta’ Ħal Lija qal ma’ Newsbook.com.mt li ħadu l-prekawzjonijiet kollha sabiex jassiguraw li l-Maltin ikunu jistgħu jgawdu l-festi daqs li kieku ma hemmx xita. L-istatwi, l-planċier u l-kamra tan-nar ta’ Ħal Lija kollha ġew mgħottija bil-plastik.

Aktar tard, membru tal-istess soċjeta rringrazzja lil kull min ta s-sapport tiegħu sabiex l-ispettaklu tan-nar ikun ta’ suċċess. Sostna li jinsab kburi bl-Għaqda tan-Nar San Mikiel.