Wara l-ismartphone, issa jasal l-ismartwatch!

Il-kumpanija Samsung nediet dak li qed jissejjaħ bħala ‘smartwatch’ bi skrin tal-kulur li jista’ jintuża biex minnu jsiru telefonati u biex jiġu aċċessati l-apps.

Kien hemm stennija kbira għal dan l-ismartwatch minħabba li Samsung issa saret l-akbar kumpanija li tbiegħ smartphones madwar id-dinja. Samsung issa għaddiet lil Microsoft, Apple u Google fil-bejgħ ta’ smartphones.

Il-kumpanija Samsung qed tiddeskrievi dan l-arloġġ bħala oġġett tal-moda. Madankollu diversi esperti qed jgħidu li l-akbar żvantaġġ ta’ dan l-arloġġ huwa li dan bil-fors irid jaħdem ma xi apparat ieħor bħalma huwa tablet jew smartphone.

Dan l-arloġġ se jibda jinbiegħ mill-25 ta’ Settembru li ġej.