Aġġornata: “Wara l-iskandlu taż-żejt hemm l-amministrattur finanzjajru tal-PL” – Tonio Fenech

Is-Sur Joe Cordina caħad l-allegazzjonijiet tal-Ministru Tonio Fenech li huwa b’xi mod involut fl-iskandlu tax-xiri taż-żejt.

Minkejja dan, Cordina offra r-riżenja tiegħu u rtira l-kandidatura għall-elezzjoni ġenerali.

Il-mexxej tal-Partit Laburista, Dr Joseph Muscat, qal li hu aċċetta r-riżenja ta’ Joe Cordina.

Aktar Kmieni:

F’konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali, il-Ministru Tonio Fenech qal li wara l-iskandlu taż-żejt hemm l-amministrattur finanzjajru tal-Parit Laburista, Joe Cordina.

Il-Ministru Fenech spjega li dan ġara fl-2004.

Charles Scerri, Dr Martin Fenech u Joe Cordina huma azzjonisti u diretturi fil-kumpanija Intershore Fiduciary Services Ltd.

Il-Ministru Tonio Fenech qal ukoll li Joe Cordina huwa ukoll id-direttur tat-3 kumpaniji tal-Partit Laburista li huma: MLP Holdings Ltd, Sound Vision Print Ltd u Consultancy and Research Ltd.

Joe Cordina huwa wkoll kandidat Laburista fuq it-13-il distrett, jiġifieri f’Għawdex.