Wara l-ġlieda fir-Rabat, jitressaq persuna akkużat b’attentat ta’ qtil

Il-pulizija mistennija tressaq il-Qorti raġel b’konnessjoni mal-ġlieda li seħħet ftit jiem ilu fiċ-ċentru Laburista tar-Rabat.

Hu se jkun akkużat b’attentat ta’ qtil.

Il-ġlieda seħħet il-Ħadd filgħaxija, u filwaqt li bdiet fiċ-ċentru Laburista, kompliet barra t-triq.

Fil-ġlieda kienu nvoluti tliet irġiel u mara. Il-pulizija sabet wieħed minnhom mixħut mal-art. Dan għadu fil-kura intensiva, fir-riskju li jitlef ħajtu.