Wara l-Eurovision jisirqulhom b’€6,000 apparat

Il-ferħa ta’ Chris Grech u l-band tiegħu wara li kisbu r-raba’ post fil-Malta Eurovision Song Contest kellha tintemm b’togħma morra.

Nhar it-Tnejn filgħodu sabu li xi ħadd daħal fil-garaxx tagħhom fil-Marsa u kaxkar b’valur ta’ €6,000 f’apparat.

Minbarra li rrakkonta x’ġara, għamel appell importanti, kif tistgħu tisimgħu fl-awdjo.